Il-plejer ta’ Fiorentina Franck Ribery safa’ vittma ta’ serqa meta wara li rritorna mill-partita kontra Parma sab li nies mhux magħrufa kienu daħlu fid-dar tiegħu u serquh.
F’kumment fuq il-midja soċjali tiegħu, Ribery kiteb li fi Munich hu u l-familja tiegħu kienu jħossuhom siguri, iżda wara dan l-avveniment saqsa jekk jistax iħossu hekk f’Firenze. Hu żied jgħid li jekk il-familja tiegħu ma tibqax sigura, hu se jkun qiegħed jaħseb dwar il-futur tiegħu.
Ribery issieħeb ma’ Fiorentina fis-sajf li għadda fejn matul il-karriera tiegħu, hu lagħab 81 darba għal Franza.
//= $special ?>