Futbol Sport

Harvey Elliot jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma’ Liverpool

(Ritratt: Liverpool FC)

Iż-żagħżugħ promittenti Harvey Elliot iffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu ma’ Liverpool.

Elliot issieħeb ma’ Liverpool mingħand Fulham fis-sajf li għadda fejn qabel April ma setgħax jiffirma b’mod professjonali mat-tim ta’ Jurgen Klopp. F’dan l-istaġun Elliot lagħab tmien darbiet għal Liverpool fosthom darbtejn fil-Premier League.

Iż-żagħżugħ Ingliż qal li min meta ssieħeb ma’ Liverpool ħajtu nbidlet u l-esperjenza ddiskrevijha bħala waħda indimentikabbli. Il-kowċ taċ-champions tal-Premier League Jurgen Klopp qal li din hija aħbar brillanti għal Liverpool għaliex jemmen fil-potenzjal tal-attakkant ta’ 17 –il sena.