Edukazzjoni Internazzjonali Kurżitajiet Lokali

“Ħerqana biex nagħti sehmi sabiex nemanċipa tfajliet Māori u Pasifika fil-professjoni legali”

Maltija magħżula mill-Gvern ta' New Zealand biex toffri konsulenza lil tfajliet żvantaġġjati fis-soċjetà li jaspiraw li jagħżlu l-professjoni legali bħala karriera

Martina Caruana ntgħażlet mill-Gvern ta’ New Zealand biex tkun waħda minn 5 avukati f’programm li joffri konsulenza lil tfajliet żvatanġġjati fis-soċjetà li jaspiraw li jagħżlu l-professjoni legali bħala karriera.

L-avukat ħabbret dan fuq il-profil tagħha fuq Facebook fejn saħħqet kif kienet avviċinata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni tal-pajjiż u mill-Kap Eżekuttiv ta’ GirlBoss NZ, Alexia Hilbertidou.

Caruana qalet li hija onorata li se tkun qed toffri l-għajnuna tagħha lil 600 tfajla, ħafna minnhom mill-Māori u l-Pasifika li qajla jagħżlu l-professjoni legali bħala l-karriera tagħhom, sabiex b’hekk tinkiseb il-bidla tant meħtieġa fil-pajjiż.

https://www.facebook.com/martina.caruana.5/posts/10220257703184666?__xts__[0]=68.ARD8vAyoDVDATiBRvBbTJ56n9s9BsLsof5qLapSsLpmeI6Ros3P7D0Xu3ESw30MAK9D02WL1Vm8w5ykFSpfb2mnrrzRWzuyzgC9ZATWH0pO8FrF06nezUNNrOA2HNiAoKXmqZduvLL_2tsibuMb2NaXDDglVoyzuppbZRZRlwrk0ZP4HPHMf1vCx8XKbzz7d0xVxFdO_EeJE304WmQ&__tn__=-R