Kevin Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li għandu jintbagħat messaġġ mid-deputati li għandhom jivvjaġġaw b’tal-linja biex jagħtu eżempju.
Fil-parlament Kevin Cutajar qal li mill-2013 kien hwn sinjali negattivi dwr l-ambjent; sinjali propju kontra li l-klima tkun protetta. Il-gvern imbarka fuq importazzjoni ta’ persuni barranin tant li poġġa pressjoni kbira fq il-pajjiż waqt li imbarka koll fuq l-ivilupp tal-kostruzzjoni.
Fix-Xagħra bħalissa hemm 50 sit ta’ kostruzzjoni attiv; f’raħal ta’ madwar 3000 persuna. Minbarra l-bini hemm ukoll il-problema li l-bini li qed jinbena hu wisq ogħli.
Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-mod kif qed jitqaċċtu s-siġar biex jitwessgħu t-toroq u sostna li t-trasport pubbliku għadu mhux effiċjenti. Hu qal li t-trasport pubbliku fih diffikultajiet kbar għall-persuni b’diżabbiltà speċjalment dawk li ma jarawx. Hemm ukoll diversi ostakoli kbar oħra għal dawk li jużaw is-siġġu tar-roti.
Kevin Cutajar tkellem dwar l-Għawdxin u qal li l-pajjiż mhux juża l-baħar għat-trasport. Hu kkritika l-fatt li l-vapur tal-merkanzija waqaf u ma reġax beda; l-istess kif saret il-wegħda tal-fast-ferry fejn il-proċess ġie annullat. Bħalissa hemm influss qawwi ta’ Maltin lejn Għawdex iżda l-gvern ma daħħalx inċentivi minn qabel biex il-gvern jiskoraġixxi lill-Maltin jivvjaġġaw bil-vetturi u jużaw il-mezzi ta’ trasport f’Għawdex.
Dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku, Kevin Cutajar qal li qed isiru rilokazzjonijiet ta’ fuel stations meta fuq dikjarazzjoni tal-gvern stess fi ftit snin oħra, Malta tird tieqaf tuża fossil fuels.
//= $special ?>