Lokali Parlament

Il-piż tal-iskart m’għandux jintefa’ fuq żona waħda biss

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar tkellem dwar il-miżbla tal-Magħtab u appella biex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fl-interess tal-ġid komuni. M’għandhiex tkun din iż-żona li għandha terfa’ l-piż kollu tal-iskart tal-pajjiż u għandu jinstab bilanċ.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li f’Novembru l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ irnexxielu flimkien mal-Oppożizzjoni jissettja l-aġenda għat-tibdil fil-klima. Dan għandu jkun il-mudell, sostna Robert Cutajar, li kompla li ż-żgħażagħ ma jistgħux jitħallew barra mid-diskussjonijiet fil-pajjiż. Il-KNZ qed jappellaw biex ikun hemm imparzjalità fil-kumitat u jkun hemm iktar kordinament bejn id-dipartimenti fl-ambjent.

Hu appella biex ikun hemm tnaqqis fl-emissjonijiet fuq livell reġjonali iżda l-kunsilli lokali ma rnexxielhomx jaslu għal inizjattivi li għalihom kien hemm il-fondi. Kellhom ikunu l-kunsilli lokali li jieħdu d-deċiżjonjiet; għalhekk is-sindki firmatarji tal-Covenant of Mayors jkunu mgħejjuna mill-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Malta hi t-tieni l-aktar pajjiż li kellu żieda fl-emissjonijiet fl-2018 u 2019. Għalhekk il-gvern għandu jieħu l-azzjonijiet biex Malta ma tibqax fuq il-lista n-negattiva fuq l-emissjonijiet.

Robert Cutajar kompla li hemm fondi allokati dwar it-tibidl fil-klima u t-tnaqqis fl-emizzjonijiet fejn l-UE qed tivvota €250 biljun. Hu qal li Malta għandu jirnexxielha takkwista l-massimu minn dawn il-fondi. Jeħtieġ li jkun hawn iktar żoni pedonali inkluż wesgħat abbandunati biex permezz tal-kunsilli lokali dawn jingħataw lill-pubbliku.