Lokali Parlament

Il-pulizija jibqgħu ma jinvestigawx lil Konrad Mizzi; li kien involut fil-korruzzjoni kollha

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-pulizija jibqgħu ma jinvestigawx lil Konrad Mizzi; li kien involut fil-korruzzjoni kollha

Fl-Aġġornament tal-parlament Jason Azzopard qal li l-Enemalta intużat għall-korruzzjoni li inkludiet lil Konrad Mizzi u uffiċjali pubbliċi. X’qed tistenna l-puliizja biex tibgħat għal Konrad Mizzi?

Fl-inkjesta pubblika saru domandi minn tliet imħallfin lil uffiċjal ogħli tal-pulizija li ma setgħux jemmnu kif ma sar xejn wara April 2016, meta ħareġ l-iskandlu Panama Papers fejn Malta ssemmiet minħabba l-ex Ministru Konrad Mizzi kien involut b’kumpanija biex jixxaħħam.

Minkejja dan u minkejja r-rapport Panama Papers, il-Bord tal-Inkjesta staqsa u ma ngħatax tweġiba kif jista’ jkun li anki fil-Pakistan kien hemm ir-riżenji u l-investigazzjonijiet iżda f’Malta le.

Ma ingħatax tweġiba għal dan. Għalhekk dawk kollha fil-qorti u l-pubbliku huma mħassba għaliex Malta kienet l-uniku pajjiż li ssemma’ fil-Panama Papers fejn ma kienx hemm konsegwenzi għal min kien involut. Din hi l-kultura tal-impunità; il-familja Caruana Galizia qalu u kitbu kemm il-darba li jemmnu li kieku l-awtoritajiet f’Malta kaħxxew bħal dawk ta’ pajjiżi oħra, kieku ommhom għadha ħajja. F’Mejju 2016 kien hemm direzzjoni biex ma jkunx hemm investigazzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Konard Mizzi hu l-pedina komuni fl-iskandli tal-Montengero, ta’ Steamcast u tal-Vitals. Hu semma’ l-iskandlu tal-Montenegro u qal li dan hu skandlu marbut ma’ 17 Black li s-sid tagħha hu Yorgen Fenech. Kienet Daphne Caruana Galizia li kixfet din il-kumpanija u li kienet viċin ħafna li tiskorpi u tippubblika dak li seħħ fil-Montenegro. L-Enemalta intużat bħala lembut minn uffiċjali pubbliċi taħt id-direzzjoni tal-politiċi għax Konrad Mizzi għamlu bl-approvazzjoni ta’ Joseph Muscat u persuni oħra.

Hu staqsa: X’qed jistennew il-pulizija biex ikellmu liċ-Charman tal-Enemalta li kien responsabbli mill-proġett, mexxieh u kien involut fin-negozjati mal-Montegro bejn l-2014 u l-2015? X’qed tistenna biex tibgħat għal Fredrick Azzopardi, ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, meta nxtraw l-ishma fil-windfarms fil-Montenergo fejn 17 Black għamlet qligħ sostanzjali.

17 Black hi marbuta ħaġa waħda ma’ Konard Mizzi Il-pulizija la jistimgħa, la jaraw, la jitkellmu u ma jagħmlu xejn. Iżda fil-konfront ta’ impjegat ta’ ristorant li nstab ħati li seraq €40,000 u kien akkużat u nstab ħati ta’ ħasil ta’ flus għax hekk titlob il-liġi.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ Streamcast u qal li f’dawn il-każi l-vittma hu l-poplu mhux il-gvern kif qal il-Ministru tal-Finanzi. X’investigazzjoni qed isir dwar l-iskandlu ta’ Streamcast fejn il-poplu kien ingannat.

Il-gvern kien ħabbar ukoll investiment ta’ €5 miljuni li se jiżdied għal €75 miljun; kumbinazzjoni Nexia BT għamlu l-miljuni. Fredrick Azzopardi kien isdeskrieva dan il-ftehim bħala era ġdida għall-Eemlata. Joe Mizzi kien wieġeb fil-parlament u mar iżur id-data center ta’ Streamcast fl-Indija xahrejn qabel tpoġġiet l-ewwel ġebla.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li wara dawn l-aħbarijiet ma sar xejn. Streamcast għandha tagħti €500,000 lill-Enemalta li mhux biss abbandunati d-data center iżda qatt ma ħallset ċenteżmu wieħed lill-Enemalta. Il-Melita qed tfittex lil din il-kumpanija għal €300,000 f’arretrati.

Din hi ħadma organizzata bil-barka ta’ Kastilja b’Konrad Mizzi attur prim ewlieni. Il-kumpanija lanqas ikkonkludiet konvenju. Streamcast kienet trattata b’mod differenti minn kif ikun trattat il-poplu li jkollu arretrati ta’ ftit mijiet fil-kont tad-dawl u qatgħulhom is-servizz; iżda ma’ dawn jimxu differnti.

Paul Apap Boglna u Mark Gasan huma s-sħab ta’ Yorgen Fenech fil-ħadma tal-Electrgas; għandhom ħafna informazzjoni iżda l-pulizija għad ma bagħtitx għalihom. Din hi korruzzjoni li qatt ma dehret bħalha. Kevin Chircop kien fil-lista ta’ party organizzat minn Yorgen Fenech biex jiċċelebraw il-finanzjament tal-power station. Hemm raġuni partikolari għaliex kien fuq din il-lista u jaf xi affarijiet dwar il-Montenrgeo u dwar Konrad Mizzi li jinteressaw lill-pulizija.

Jason Azzopardi qal li fil-ġranet li ntqalet Daphne Caruana Galizia intbgħatat email lil impjegat tal-Electrogas biex inaqqas fuq l-Electrogas u ntqal li Yorgen Fenech hu ma jiflaħx.

Hu magħruf li l-għada tal-qtil ta’ Daphne, is-sensar qal fix-xhieda li mar ikellem lil Yorgen Fenech f’Portomaso f’paniku. Waqt xhieda partikolari kein magħruf li Melvin Theuma qal li wara l-ewwel anniversarju Yorgen Fenech kien indispost meta ġurnata qabel kien disponibbli.

Fis-16 ta’ Ottubru 2017 Yorgen Fenech kien ma jiflax u sena wara wkoll kien indispot. Kumbinazzjoni? Dan kollu jikkonċerna l-korruzzjoni li wara dawn l-istejjer kollha hemm realtà li nqatlet persuna iżda xorta għad hemm nies li jiċċajtaw dwar dan il-qtil.