Formula 1 Sport

Il-Vjetnam jista’ jospita l-ewwel Grand Prix tal-Formula 1 f’Novembru

(Ritratt: Formula 1)

Il-Gvern tal-Vjetnam ħabbar li l-pajjiż jista’ jospita l-ewwel Grand Prix tal-Formula 1 fl-aħħar ta’ Novembru li ġej wara li l-pajjiż jinsab viċin li jagħlaq tliet xhur mingħajr każijiet tal-coronavirus trasmessi lokalment.

Oriġinarjament, il-Grand Prix tal-Vjetnam kellu jsir fil-5 ta’ April f’Hanoi iżda kellu jiġi pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus. L-istaġun tal-Formula 1 beda fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bil-Grand Prix tal-Awstrija u s’issa hemm tmien Grand Prix konfermati sa Settembru.

Għadu mhux ċert iżda kemm se jkun hemm tlielaq f’dan l-istaġun. Il-Vjetnam irnexxielu jikkontrolla l-pandemija tal-coronavirus fejn kien hemm biss 369 każ u l-ebda każ reġistrat.