L-Awtorità tal-Ippjanar nediet proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-Linjigwida għall-Politika Rurali u Diżinn, li se jkun qed jaġġorna l-politika tal-2014.
Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar spjegat li l-abbozz jipprovdi interpretazzjoni aktar ċara tal-iskop wara l-iżvilupp rurali, bil-mira fuq il-ħtiġijiet ġenwini tal-bdiewa u l-konservazzjoni taż-żoni rurali, li hi wirt naturali ta’ bijodiversità.
L-Awtorità kompliet li l-abbozz jara li l-proċedura tkun aktar ċara, b’definizzjoni speċifika ta’ ċerti terminoloġiji użati fid-dokument. Iċ-Chairperson Martin Saliba qal li l-abbozz mhux biss jaqbel mal-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp.
Aktar minn hekk, l-abbozz jara li tkun prijoritizzata l-politika li żoni rurali jsostnu l-komunità tal-biedja, filwaqt li jipprovdi lill-pubbliku esperjenza isbaħ tal-kampanja, il-bijodiversità u l-wirt naturali.
//= $special ?>