Internazzjonali Mużika

Imut il-kompożitur ċelebri Ennio Morricone

Kien ingħata Oscar onorarju fl-2007

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Ennio Morricone; is-surmast Taljan ta’ 91 sena li kien meqjus kompożitur ġenju, u wieħed mill-ismijiet li sawwar il-mużika assoċjata mal-films.

Morricone, li miet fi sptar f’Ruma, kien ingħata Oscar Onorarju fl-2007 għall-ħidma twila tiegħu fil-qasam ċinematigrafiku. Imbgħad fl-2016 kien rebaħ l-ewwel u l-uniku Oscar kompetittiv għall-mużika li intużat fil-film The Hateful Eight, ta’ Quentin Tarantino.

Fost id-diversi films li ħadem il-mużika għalihom kien hemm The Mission, Bugsy u The Untouchables.

Il-funeral ta’ Morricone se jsir f’forma privata.