Aktar kmieni lbieraħ sar it-tielet intervent mediku fuq Alex Zanardi minn wara l-inċident sfortunat li kellu fid-19 ta’ Ġunju li għadda. L-intervent li dam ħames sigħat ħalla lil Zanardi f’kundizzjoni stabbli min naħa ta’ nifs iżda gravi min naħa newroloġika.
Wara l-intervent, Zanardi tttieħed fit-terapija intensiva fejn se jibqa’ f’coma u mgħejjun mill-ventilaturi. Zanardi kien involut f’inċident fi Siena waqt tellieqa bil-handbike fejn għal xi raġuni ħabart ma’ trakk li kien ġej mid-direzzjoni opposta b’konsegwenza li ġarrab ġrieħi serji f’rasu.
//= $special ?>