Lokali

Jinġabru €574,145 waqt il-maratona Missio

Minkejja ż-żmien diffiċli li għadda minnu minħabba l-pandemija tal-Coronavirus, il-poplu Malti għal darb’oħra ta’ prova tal-ġenerożita tiegħu hekk kif inġabret is-somma ta’ €574,145 b’risq il-ħidma missjunarja.

Din is-somma inġabret waqt il-maratona ġbir ta’ fondi Missio matul is-Sibt li għadda u li xxandret fuq l-istazzjonijiet televiżivi ewlenin tal-pajjiż.