Sport Sport Ieħor

Julio De Luxe bl-ewwel rebħa fil-Premier

(Ritratt: Mike Orland)

Kenneth Vella

Misjuq minn Rodney Gatt, id-debuttant Żvediż Julio De Luxe rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet heat tal-klassi Premier mill-kampjonat Sajfi MTRL u għamlet parti mis-16-il laqgha tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Dawn se jkunu kollha heats mill-kampjonat Sajfi MTRL fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Ħmistax-il żiemel ħadu sehem fil-heat Premier. Julio De Luxe (Rodney Gatt) kien l-aktar żiemel veloċi wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Glenn Boko (Paul Galea) u Alf De Melandre (Noel Baldacchino). Julio De Luxe baqa’ konsistenti sa tmiem it-tiġrija biex ħa l-ewwel rebħa fl-ewwel dehra b’nofs tul minn Viking Dream (Brian Hili) u Alf De Melandre (Noel Baldacchino). Abydos Du Vivier (Charles Camilleri) temm fir-raba’ pożizzjoni. 

Fl-uniku tiġrija tal-klassi Gold, Tony Demanuele poġġa lid-debuttant Franċiż Astral De Beaumee quddiem dawra mit-tmiem. Dan irnexxielu jaqsam il-linja finali faċilment b’tul u nofs vantaġġ minn American Master (Paul Galea) u Vangiskan Scott (Charles Camilleri). Hallas Judex (Charles Magro) kellu wkoll wirja tajba.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Heat Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Equinoxe Dry (I. Bilocca) Ħin – 2.46.2” (1.17.7”) 2. Alfa Dream (R. Gatt) 3. Extreme Du Parc (C. Camilleri) 4. High Handed (T. Demanuele)

II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Sneak Peek (G. Gatt) Ħin – 2.49.2” (1.19.2”) 2. Flexy Vert (D. Casha) 3. Cherie De Noyelles (C. Calleja) 4. Ella Des Moyeux (R. Gatt)

III Tiġrija Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Eros Dairpet (N. Baldacchino) Ħin – 2.46.2” (1.17.7”) 2. Takinou d’Axel (P. Galea) 3. Udjayin (C. Camilleri) 4. Bingo Pan (C. Calleja)

IV Tiġrija Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Cesar Du Buillon (R. Gatt) Ħin – 2.46” (1.17.6”) 2. Concerto Cehere (C. Camilleri) 3. Likearollingstone (C. Vassallo) 4. Aimant (N. Baldacchino)

V Tiġrija Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Ami Toon’s (D. Gatt) Ħin – 2.44” (1.16.7”) 2. Ellipsis AM (K. Gialanze’) 3. Valjean Wild (J. Carabott) 4. Achille Du Fosse (P. Agius)

VI Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Astral De Beaumee (T. Demanuele) Ħin – 2.43.4” (1.16.4”) 2. American Master (P. Galea) 3. Vangiskan Scott (C. Camilleri) 4. Hallas Judex (C. Magro)

VII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Julio De Luxe (R. Gatt) Ħin – 2.40” (1.14.8”) 2. Viking Dream (B. Hili) 3. Alf De Melandre (N. Baldacchino) 4. Abydos Du Vivier (C. Camilleri)

VIII Tiġrija Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Global Rebel (C. Camilleri) Ħin – NTR 2. M.T. Khila (M. Ellul) 3. Drole De Destin (J. Said) 4. Douglas (B. Hili)