Lokali Parlament

Konrad Mizzi taparsi preżenti fil-Kamra: jitlaq ‘il barra wara żewġ minuti

L-eks Ministru Konrad Mizzi daħal għal ftit ħin fil-Parlament u telaq ‘il barra.

Reazzjoni skomda fost il-ftit Deputati tal-Gvern preżenti fil-Kamra tar-Rappreżentanti, ftit ġimgħat wara li Mizzi tkeċċa mill-Grupp Parlamentari Laburista.

Fil-fatt, hu poġġa fl-aħħar filliera fin-naħa tal-Gvern għall-ftit ħin li għamel fil-Kamra. Iżda kif ra li ma deherx aċċettat minn sħabu, reġa’ ġabar l-affarijiet u telaq ‘il barra.