Lokali Qorti

Ma jinstabx kompromess bejn il-VGT u eks impjegata fuq miżappropjazzjoni

Fil-kumpilazzjoni li saret quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ħareġ li ma ntlaħaqx ftehim u ma nstabx kompromess bejn il-kumpanija Valletta Gateway Terminals u eks impjegata fuq allegat miżappropjazzjoni ta’ aktar minn €10,000.

Denise Mallia ta’ 44 sena, li kienet taħdem mal-kumpanija bħala Accounts Clerk qed tiċħad li bejn April  u Novembru tal-2019 ħadet is-somma €10,448 fdata lilha mill-istess kumpanija. L-Ispettur George Frendo qal fil-Qorti li ż-żewġ partijiet  kienu waslu sabiex jilħqu ftehim iżda Mallia baqgġħet ma ma resqitx u l-ftehim ikkorolla.

Huwa qal li xogħolha kien fost affarijiet oħra li tiddepożita fi flus kontant fil-bank HSBC u anke xi ‘petty cash’. Sar proċess mill-kumpanija wara li kien hemm xi flejjes nieqsa u kkonkludew li dawn kienu dawk fdati lilha.

Ix-xhud qal li meta saru l-verifiki mal-HSBC, il-bank informa lil VGT li huma qatt ma rċevew dawn id-depożiti. L-Ispettur Frendo qal li meta mitkellma Mallia qalet  li kienet poġġiet il-flus fil-fergħa tal-HSBC ta’ Marsaskala, iżda wara ġie skopert li din il-fergħa ma tirċeviex depożiti. Il-flus jinkludu wkoll €1,309  f’petty cash li kienu neqsin.

Ix-xhud qal li fit-18 ta’ Ġunju ġiet rrestata Mallia u minn tfittixija li saret fid-dar tagħha Birżebbuġa, nstabu dokunenti tal-Valletta Gateway Terminals.  Meta kienet investigati, qal ix-xhud hija ma wieġbet għal ebda domanda.

Xehdet fil-każ Doreen Curmi, Claims Manager tal-Valletta Gateway Terminal. Hija qalet li fil-bidu Novembru bagħat għalija il-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Finanzi tal-kumpanija, u dan peress li hija tagħmel ‘internal audits’, u qalulha biex taghmel procedura biex tara x’kien hemm nieqes.  Hija kkonfermat dak li qal il-Prosekutur li d-Diretturi kienu kellmuha biex jaslu kompromess li iżda ma seħħitx.

Xehdet ukoll Miriam Zammit – Senior Finance Manager mal-VGT u qalet li sar  rapport lill-Pulizija għax sabu xi flus neqsin. Hija qalet li ma saru l-ebda depożiti mal-HSBC, fejn il-bank ivverifika wkoll u sab li flus ma tpoġġewx.

Dwar dokementi li nstabu fid-dar tal-akkużat, Zammit qalet li mhux permesss li joħorġu dokumenti ta’ dak it-tip minn fuq il-post tax-xogħol. Wara li semgħet ix-xhieda l-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex Mallia titpoġġa taħt att ta’ akkuża. 

Għal Mallia deheru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia filwaqt li l-Avukat Maria Margot Zammit Fiorentino deheret bħala parte civile għan-nom tal-Valletta Gateway Terminals.