Il-President tal-klabb ta’ Barcelona Josep Maria Bartomeu qal li Lionel Messi se jtemm il-karriera tiegħu ma’ Barcelona. Bartomeu ċaħad rapporti fil-midja li Messi ma jridx iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Barcelona meta dan jiskadi s-sena d-dieħla.
Hu kompla li Messi wera’ x-xewqa li jġedded il-kuntratt tiegħu. Bartomeu kien qed jitkellem wara r-rebħa ta’ 4-1 li Barcelona kellhom fuq Villareal. Barcelona jinsabu erba’ punti taħt Real Madrid fil-ġlieda għat-titlu tal-La Liga.
//= $special ?>