Futbol Sport

Nemanja Matic iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Serb Nemanja Matic ġedded il-kuntratt tiegħu bi tliet snin oħra ma’ Manchester United.

Minkejja li fil-bidu ta’ dan l-istaġun ma kienx l-għażla numru wieħed għall-kowċ Ole Gunnar Solskjaer, l-injuries li sofrew Paul Pogba u Scott McTominay sfurzaw lil Solskjaer jutilizza lil Matic, bil-plejer ta’ 31 sena jħalli impressjoni tajba u jikseb post b’mod regolari. F’Marzu li għadda, Manchester United għażlu li jattivaw il-klawsola fil-kuntratt ta’ Matic biex jżommuh b’sena.

L-eks plejer ta’ Chelsea u Benfica qal li jinsab kuntent li hu parti u se jibqa’ parti mill-klabb minn Manchester. Hu kompla li għad għandu x’joffri u x’jikseb mat-tim ta’ Old Trafford. Min naħa tiegħu l-kowċ ta’ Manchester United qal li jinsab kuntent ferm ili Matic għażel li jiffrima kuntratt ġdid minħabba l-esperjenza u l-professjonalità tiegħu.