Il-President il-ġdid tal-Partit Laburista Ramona Attard irriżenjat mill-pożizzjoni tagħha fuq it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar.
Hija ħabbret dan permezz ta’ post fuq Facebook wara li l-għaqda Repubblika ħarġu stqarrija jinsistu dwar ir-riżenja tagħha minn din il-pożizzjoni issa li kienet qed tidħol f’kariga amminsitrattiva fi ħdan il-Partit Laburista.
Attard kienet tqegħdet f’dan it-tribunal erba’ xhur ilu, u dakinhar il-ħatra tagħha kienet ħolqot kontroversja hekk ħafna kkritikaw il-fatt li l-kredenzjali tagħha għal din il-pożizzjoni kienu unikament partiġġjani.
Ramona Attard kienet waħda mill-Uffiċjali tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fi żmien Joseph Muscat, u qabel kienet taħdem fil-kamra tal-aħbarijiet tal-media Laburista, One News.
Permezz tal-post fuq il-media soċjali, il-President il-ġdid tal-Partit Laburista ħadet l-opportunità tirringrazzja lil Repubblika tal-awgurju tagħhom lilha hekk kif issa assumiet il-kariga l-ġdida tagħha.
//= $special ?>