Sport Sport Ieħor

Roger Federer kunfidenti li jipparteċipa fl-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

Roger Federer qal li jispera li jkun fiżikament tajjeb għall-Olimpjadi ta’ Tokjo filwaqt li kunfidenti li jirritorna s-sena d-dieħla.

Aktar kmieni, Federer kellu jiġi operat f’irkopptejh tal-lemin u kkonferma li din is-sena mhux se jikkompeti. Federer se jagħlaq 40 sena s-sena d-dieħla u jittama li jirbaħ il-midalja tad-deheb kif għamel fid-doubles ta’ Beijing fl-2008.

“Il-mira tiegħi hi li nilgħab fl-Olimpjadi ta’ Tokjo għaliex għalija huwa pajjiż speċjali fejn ltqajt mal-mara tiegħi,” qal Federer. L-Iżvizzeru temm jgħid li se jħoss in-nuqqas tal-partitarji. L-ATP u WTA se jirritornaw ix-xahar id-dieħel bil-US Open huwa skedat li se jsir fil-31 ta’ Awwissu.