Futbol Sport

Sean Cipriott iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Balzan

(Ritratt: Balzan FC)

Il-midfielder Sean Cipriott se jġedded l-esperjenza tiegħu ma’ Balzan meta ffirma kuntratt tliet snin. Matul l-istaġun li għadda Cipriott kien plejer importanti għat-tim ta’ Senglea Athletic fejn kien misluf mingħand l-istess Balzan.

Cipriott għażel li jiffirma ma’ Balzan minkejja l-interess minn numru ta’ klabbs oħra tal-Kampjonat Premier. Il-midfielder ta’ 23 sena kien intagħżel minn Replay bħala l-aqwa plejer tax-xahar ta’ taħt it-23 sena għal Ottubru-Novembru.