Anzjana ta’ 70 sena kienet fost il-vittmi ta’ raġel Sudaniż li aktar kmieni llum attakkahom mingħajr ma kien provokat. Ir-raġel ta daqqa ta’ ponn lill-mara u meddha mal-art.
L-anzjana kienet ma’ żewġha li prova jwaqqaf lill-aggressur iżda safa mbuttat.
L-aggressjoni saret fi Triq il-Kbira, il-Ħamrun, u raġel ieħor ukoll safa’ mweġġa fl-istess attakk.
Ir-raġel gie arrestat ftit tal-mumenti wara mill-Pulizija fi Triq oħra fil-Ħamrun wara li persuni li kienu fil-post kienu segwewh.
//= $special ?>