Fit-Tottenham Hotspur Stadium, Tottenham għelbu lil Everton 1-0. It-tim ta’ José Mourinho fetaħ l-iskor wara 24 minuta meta wara li t-tentattiv ta’ Harry Kane kien blukkat, il-ballun ġie f’saqajn GIOVANNI LO CELSO li ra x-xutt tiegħu devjat minn Keane jgħeleb lil Pickford. Everton resqu viċin li jġibu d-draw lejn tmiem l-ewwel taqsima, iżda x-xutt ta’ Richarlison għadda ftit barra mil-lasta ta’ Lloris.
Premier League
Illum: Tottenham v Everton 1-0