Futbol Sport

Werder Bremen isalvaw posthom fil-Bundesliga

(Ritratt: EPA)

Werder Bremen irnexxielhom isalvaw posthom fil-Bundesliga meta fit-tieni leg, barra minn ġew draw ta’ 2-2 kontra Heidenheim. Fl-ewwel leg il-partita kienet ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls.

Werder Bremen fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ wara biss tliet minuti permezz ta’ awto-gowl ta’ NORMAN THEUERKAUF. Heidenheim ġabu d-draw fil-85 minuta permezz ta’ TIM KLEINDIENST. Werder Bremen ħasbu li aċċertaw mir-rebħa fis-96 minuta permezz ta’ LUDWIG AUGUSTINSSON iżda Heidenheim reġgħu ġabu d-draw sekondi biss wara permezz ta’ KLEINDIENST.