Lokali Saħħa

L-Awditur jikkundanna l-kuntratt tal-bejgħ tal-isptarijiet; Adrian Delia jgħid li “insterqu miljuni”

Rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie preżentat illejla fil-Parlament jikkundanna l-mod kif mexa l-Gvern fid-deal tal-bejgħ tal-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

L-Awditur, f’rapport iebes u dettaljat, jinnota nuqqasijiet sinifikanti fil-proċess filwaqt li jinnota wkoll nuqqas ta’ analiżi indipendenti fl-istudju li sar biex il-Gvern jara jekk id-deal kienx vijabbli jew le. Kien ċar ukoll li ma saritx due diligence adekwata

Agħar minn hekk, l-Awditur Ġenerali jisħaq li l-offerta tal-Vitals kienet nieqsa fis-sustanza. Tant li ċertu dokumentazzjoni ħolqot ukoll tħassib kbir.

Dubji oħra espressi huma dwar l-integrità tal-proċess kollu, tant li Vitals…dejjem skont l-NAO…kellhom jiġu skwalifikati sa minn mindu tefgħu l-offerta.

Fil-Parlament Adrian Delia qal li l-Awditur ikkonferma illi ma saret ebda due diligence ta’ sustanza, u allura l-VGH kellhom jiġu skwalifikati. Agħar minn hekk, l-Awditur Ġenerali jisħaq li l-offerta tal-Vitals kienet nieqsa fis-sustanza. Tant li ċertu dokumentazzjoni ħolqot ukoll tħassib kbir.

Fid-dawl ta’ dan kollu, Adrian Delia saqsa jekk hux se tittieħed azzjoni kontra l-Prim Ministru u l-Ministri responsabbli, kif ukoll l-eks Ministru Konrad Mizzi, wara li inkixef kif issawwar dan id-deal skandaluż….li qed jiswa lill-poplu il-miljuni.