Lokali

Isofri feriti gravi wara li ttajjar f’San Pawl il-Baħar

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 44 sena qiegħed isofri feriti gravi wara li lbieraħ filgħaxija ntlaqat minn karozza f’San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq il-Korp tal-Pijunieri.

Ġie spjegat li meta l-pulizija marru fuq il-post instab li r-raġel residenti Birżebbuġa ttajjar minn karozza li kienet qed tinstaq minn Libjan ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u mbagħad ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemm kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.