Lokali Transport Turiżmu

Jet2 Holidays tikkanċella l-vjaġġi lejn Malta għal dan is-Sajf

Għall-kumplament tas-Sajf ta’ din is-sena, il-kumpanija tal-ivjaġġar Jet2 Holidays għażlet li tikkanċella l-bookings kollha li kienu saru lejn pajjiżna. Dan għaliex in-numri ma kienux vijabbli.

F’komunikat intern, li Net News ra kopja tiegħu, il-kumpanija stqarret li minħabba li diversi persuni kienu qed iħassru l-vaganzi tagħhom u s-servizz li kellhom ibbukjat ma’ Jet2, il-kumpanija kellha tieħu deċiżjoni b’mod immedjat.

Dan l-operatur li hu bbażat fir-Renju Unit diġa’ avza lil lukandi f’Malta biex iħassru l-bookings li hemm pendenti għall-bqija tas-Sajf. Fi kliem sempliċi, dawn it-turisti mhux se jkunu qed jaslu pajjiżna.