Coronavirus Internazzjonali

Melbourne se tirritorna f’lockdown wara żieda fil-każijiet

Il-Belt Awstraljana ta’ Melbourne mill-ġdid se tidħol f’lockdown wara li kien hemm żieda sostanzjali fil-każijiet reġistrati ta’ Coronavirus.

Il-kwarantina se tidħol fis-seħħ minn nhar il-Ħamis, u għadu mhux mifhum kemm se ddum.

L-istat ta’ Victoria, li b’kollox hemm 6.6 miljun persuna se jagħlaq il-fruntiera minn ma’ New South Wales, b’ħafna qed jiddeskrivu din id-deċizzjoni bħala waħda drastika.

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Istat ta’ Victoria, Daniel Andrews qal li jeħtieġ li dan l-istat ikun imħares b’miżuri li jħallu effett tajjeb u sikur biex dan l-istat ma jibqax jara aktar numri kbar ta’ żieda ta’ din l-imxija.