Internazzjonali

Turkija: Jinterċettaw tanker bl-immigranti fost l-arrest ta’ traffikanti

epa06028280 The Turkish Coast Guard, Sahil Guevenlik, and a Turkish military helicopter take part in a military search and rescue exercise near Magosa, Cyprus, 14 June 2017. The military exercise is part of a joint simulated search and rescue exercise operation by the Turkish Armed Forces and Turkish Cypriot Security Forces, called 'The Martyr Lieutenant Caner Gonyeli search and rescue exercise'. EPA/TUMAY BERKIN

Il-gwardjani tal-kosta tat-Turkija interċettaw tanker bi kważi 300 immigrant li probabbilment kienu qed jippruvaw jaslu fl-artijiet tal-Greċja. Intant, spiċċaw arrestati l-allegati tmien traffikanti tal-bnedmin li kienu qed jieħdu ħsieb dan il-vjaġġ illegali.

Dawn il-gwardjani u l-pulizija ħadu azzjoni f’waqtha wara li rċevew informazzjoni li t-tanker kien tefa’ l-ankri viċin il-kosta ta’ Narlidere, fil-limiti tal-belt Torka ta’ Izmir. Sar magħruf li t-tanker kien qed iġorr 46 nisa u talanqas 60 tfal u li l-immigranti illegali abbord kienu ġejjin mill-Afganistan, Bangladesh, is-Sirja, is-Somalja u l-Iran.

Għalkemm id-destinazzjoni tal-immigranti ma kenitx mija-fil-mija ċara, hu fatt li eluf kbar ta’ klandestini, fil-parti kbira Sirjani, qed jippruvaw jaqsmu lejn il-Gżejjer Griegi (u sussegwentement lejn l-Ewropa) permezz ta’ vjaġġi mill-kosta tat-Turkija, fir-reġjun tal-Eġew. Hemm anki l-klandestini li qed jippruvaw jinfiltraw il-Greċja minn xmara partikulari fiz-zona tal-fruntiera.

L-inċident bit-tanker seħħ fi żmien meta, fil-Lvant tat-Turkija, għaddejja tfittxija għall-fdalijiet ta’ dgħajsa li għerqet fi xmara fis-27 ta’ Ġunju u li jaħsbu li kienet qed iġġorr l-għexieren tal-immigranti li spiċċaw maqbudin ġo fiha. S’issa l-awtoritajiet irkupraw talanqas ħdax-il katavru, b’numru ta’ traffikanti qed jinżammu taħt arrest b’konnessjoni ma’ din it-traġedja.