Coronavirus Lokali

10 każi attivi ta’ Covid-19 f’Malta

L-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjizna fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li persuna waħda fieqet biex issa l-każi attivi huma 10.

In-numru ta’ swabs li saru bejn ilbieraħ u llum huma inqas minn 800.

Intant, mill-10 persuni li bħalissa huma konfermati li huma infettati bil-virus, tlieta jinsabu rikoverati fl-isptarijiet – tnejn fl-isptar St Thomas u 1 fl-isptar Boffa.

It-total ta’ każi rreġistrati sa issa f’pajjiżna huwa ta’ 673, b’654 persuna li fiequ u b’9 fatalitajiet.