50 immigrant iddaħħlu pajjiżna f’nofs ta’ lejl wara li kienu ilhom il-ġranet fl-ibħra lil hinn mill-kosta Maltija abbord il-vapur bl-isem Talia.
F’messagg fuq Tweet, l-organizzazzjoni Alarm Phone kitbet li sa fl-aħħar wara ġranet miżmuma f’kundizzjonijiet inumani fuq bastiment li jġorr il-bhejjem, l-immigranti setgħu jinżlu l-art.
Tweet ohra li kienet għamlet ftit tas-sigħat qabel l-istess organizzazzjoni turi video tal-kaptan tal-bastiment jittallab lill-awtoritajiet Maltin biex l-immigranti jitħallew jiżbarkaw – anke minħabba l-fatt li uħud minn dawk abbord kellhom bżonn għajnuna medika.
Filfatt, sakemm dan il-grupp ta’ persuni dam fuq il-baħar, saru żewġ operazzjonijiet minn naħa tal-awtoritajiet Maltin biex kienu diġa ġew evakwati 2 immigranti minn fuq il-vapur għal raġunijiet ta’ saħħa.
Il-grupp oriġinarjament kien magħmul minn 52 persuna.
Dawn l-immigranti li kienu fuq il-vapur Talia jingħaqdu mal-450 li iddahhlu Malta x-xahar li għadda, u aktar minn 1,200 li waslu pajjizna fl-ewwel xhur tas-sena.
Dan ifisser li sa issa, fl-ewwel 6 xhur tas-sena in-numru ta’ immigranti li daħlu f’pajjizna qabżu l-1,600.
//= $special ?>