Il-Professur Andrew Azzopardi, li speċjalizza fl-istudji tad-diżabbiltà, l-attiviżmu u l-iżvilupp tal-komunità. għadu kif kien elett mill-ġdid Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta għat-tieni terminu tiegħu sal-2024.
Fl-ewwel terminu tiegħu bħala Dekan, huwa ħareġ lill-Fakultà mill-konfini tal-Univeristà biex kienet il-vuċi ta’ dawk li jsofru inġustizzja fis-soċjetà Maltija. F’dan il-perjodu, il-Fakultà ħadmet ma’ numru ta’ entitajiet fuq proġetti maġġuri ta’ riċerka u studji ukoll.
//= $special ?>