“Jekk il-Gvern verament jemmen u jrid iżomm il-prinċipji tal-governanza tajba, għandu jipprattika dak li jippriedka dwaru u jżomm mal-proċeduri stabbiliti f’deċiżjonijiet importanti bħall-ħatra taċ-Chairman tal-MCESD”
Sostnew dan fi stqarrija konġunta l-erba’ għaqdiet li jirrappreżentaw lil min iħaddem fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD): l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA), l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA), il-Kamra tal-Kummerċ u l-Kamra tal-Intrapriżi ż-Żgħar u Medji.
Iktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet il-Gvern ħabbar li James Pearsall, li serva għal ħafna snin bħala President tal-General Workers’ Union (GWU), inħatar bħala ċ-Chairman tal-MCESD.
Filwaqt li fl-istqarrija tiegħu, il-Gvern kien qal li l-ħatra saret b’konsultazzjoni sħiħa mal-imsieħba soċjali, l-istqarrija konġunta tindika xort’oħra hekk kif l-għaqdiet insistew li ma saritx konsultazzjoni xierqa dwar kif għandu jinħatar iċ-Chairperson tal-MCESD.
L-Għaqdiet ikomplu li irrispettivament mill-persuna li ntgħażlet għall-kariga, il-proċedura tal-ħatra ma tistax tibqa’ kif inhi.
Huma qalu li bl-aġir tiegħu li sempliċement jinforma lill-imsieħba soċjali b’fait accompli u b’deċiżjoni diġa’ meħuda, il-Gvern qed juri li mhux verament jemmen f’konsultazzjoni.
L-Għaqdiet huma tal-fehma li l-ħatra taċ-Chairperson tal-MCESD għandha tkun fuq l-istess linji ta’ kif jinħatru l-Membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Unjoni Ewropea (EESC)
//= $special ?>