Il-Partit Nazzjonalista jrid jibqa’ jkun il-vuċi ta’ min qed ibati fis-skiet tad-dar¬u għax m’għandux vuċi.
Hekk wiegħed il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt intervent fil-programm Feedback fuq NET FM.
Waqt li kien qed iwieġeb it-telefonati tas-semmiegħa, hu wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ joffri Oppożizzjoni b’saħħitha, speċjalment kontra l-korruzzjoni li qed tirriżulta taħt dan il-Gvern.
Adrian Delia kompla li l-Partit Laburista suppost hu l-Partit tal-Ħaddiema, iżda llum tilef il-boxxla soċjali. Min-naħa l-oħra, hu ta garanzija li, aktar minn qatt qabel, il-Partit Nazzjonalista se jkun tal-poplu kollu.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm billi fakkar fl-impenn tal-Partit immexxi minnu li jipperswadi u jikkonvinċi lil kull Malti u Għawdxi ħalli ħadd ma jibqa’ lura.
Adrian Delia wiegħed li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jipparteċipa f’aktar programmi radjufoniċi bħal dawn.
//= $special ?>