Ekonomija Lokali

Jibdew jitqassmu l-vouchers

Mil-lum, madwar 440,000 ċittadin u li għandhom minn 16-il sena ’l fuq se jkunu qed jirċievu l-€100 vouchers li se jkunu mqassma tul il-ġimgħa u nofs li ġejjin.

Kull persuna li kellha 16-il sena ’l fuq sat-8 ta’ Ġunju ta’ din is-sena se tkun qed tirċievi ittra reġistrata bil-posta li se tkun qed tinkludi l-5 vouchers ta’ €20 kull wieħed.

Sa issa, aktar minn 2,000 negozju minn Malta u Għawdex attivaw il-kont tan-negozju tagħhom. Dan ifisser li jistgħu jibdew jaċċettaw dawn il-vouchers li mbagħad minnhom se jirċievu ħlas dirett fil-kont bankarju tagħhom.