Lokali

“Kien vot diffiċli”

Il-vot fil-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kien wieħed diffiċli. Hekk stqarrew id-Deputati Chris Said u Therese Comodini Cachia, f’isem id-Deputati li lbieraħ ivvutaw biex jisfiduċjaw lil Adrian Delia.

L-ismijiet kollha tad-19-il Deputat ma ġewx ippubblikati. Fl-istqarrija, intqal li fl-aħħar xhur saru serje ta’ laqgħat tal-Grupp Parlamentari.

Huma appellaw biex f’dan iż-żmien diffiċli għall-pajjiż se jibqgħu jaħdmu għall-ġid tal-Partit u tal-pajjiż. Intqal ukoll li dawn id-Deputati stiednu lil Adrian Delia biex iservi fi ħdan l-Oppożizzjoni fi rwol differenti.