Futbol Sport

Moustapha Beye se jibqa’ ma’ Floriana u D’Agostino mistenni jħalli l-klabb

(Ritratti: Catriel Farrugia, Trevor Sollars)

Id-difensur Moustapha Beye se jibqa’ ma’ Floriana wara li ffirma kuntratt għall-istaġun li ġej. Beye li għandu 24 sena, ingħaqad mat-tim immexxi minn Enzo Potenza fis-sajf li għadda u għalkemm ma kienx regolari, lagħab il-parti tiegħu wkoll biex Floriana ġew iddikjarati champions.

Intant, Stefano D’Agostino mhux mistenni jinżamm minn Floriana wara li ngħaqad magħhom f’Jannar li għadda. Il-midfielder avvanzat ta’ 28 sena kien għamel id-debutt fid-derby kontra Valletta fit-2 ta’ Frar u skorja gowl fil-ħames logħbiet li lagħab qabel waqaf il-kampjonat.