Internazzjonali

Protesti kbar fis-Serbja wara li reġa’ tħabbar lockdown

Eluf ta’ dimostranti kienu nvoluti fi ġlied mal-Pulizija f’Belgrad wara li l-President Serb reġa’ ħabbar lockdown wara li l-kazi tal-Covid-19 reġgħu splodew.

Is-Serbia marret minn wieħed mill-aktar lockdowns stretti li kien hawn għal rilaxx totali tar-restrizzjionijiet fil-bidu ta’ Mejju.

Logħob tal-football u tat-tennis intlagħbu fi stadiums ippakkjati u l-elezzjonijiet parlamentari saru xorta, minkejja twissijiet li attivitajiet tal-massa minghajr iż-żamma tad-distanzi soċjali kienu se jwasslu għal meġwa tal-virus.

Nhar it-Tlieta, il-Ministru tas-Saħħa qal li 13-il persuna kienu mietu f’temp ta’ 24 siegħa u li kienu kkonfermati 299 każ ieħor tal-virus.

Dan itella’ għal 16,719 il-każi konfermati u 330 imwiet sa mill-bidu tal-pandemija fis-Serbia.