Formula 1 Sport

Renault jikkonfermaw ir-ritorn ta’ Fernando Alonso għas-sena d-dieħla

(Ritratt: EPA)

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, ġie kkonfermat li Fernando Alonso se jirritorna fil-Formula 1 is-sena d-dieħla hekk kif se jkun is-sositut ta’ Daniel Ricciardo. L-Ispanjol laħaq ftehim fuq kuntratt ta’ sentejn biex se jkun qed jibda t-tielet esperjenza mat-tim.

Alonso li hu wieħed mill-aktar sewwieqa ta’ suċċess fil-Formula 1 b’żewġ kampjonati mirbuħa ma’ Renault fl-2005 u fl-2006. Hu se jkun qed jifforma t-tim flimkien ma’ Esteban Ocon, b’Ricciardo se jkun qed jingħaqad ma’ McLaren.

“Hi bl-akbar sens ta’kburija u b’emozzjoni kbira li se nirritorna mat-tim li tani l-opportunità fil-bidu tal-karriera tiegħi u issa se jtini l-opportunità li nirritorna fl-ogħla livell. It-tim irid u għandu l-mezzi biex jirritorna fuq il-podju, l-istess kif irrid jien.”

Renault ilhom ma jkollhom sewwieq fuq il-podju fi kważi għaxar snin iżda jittamaw li Renault jgħinhom jibnu karozza b’saħħitha bi preparazzjoni għas-sena 2022 li għandha timmarka bidla kbira fir-regoli. Il-kuntratt ta’ sentejn ta’ Alonso jfisser li se jkun qed itellaq fl-istaġun li jkollu 41 sena.

Il-Kap tat-Tim Cyril Abiteboul qal li l-akkwist ta’ Alonso hu parti mill-pjan ta’ Renault biex jirritornaw fost l-aqwa timijiet. Hu qal li r-rabta tiegħu mat-tim u l-partitarji wasslet biex kienet għażla naturali għalih.