Liverpool komplew jersqu lejn rekord ta’ punti fi staġun wieħed b’rebħa ta’ 3-1 kontra Brighton fl-Amex Stadium. Mohamed Salah fetaħ l-iskor wara sitt minuti wara li rċieva mingħand Sadio Mane kawża ta’ żball difensiv. Żewġ minuti wara l-iskor sar 2-0 b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Jordan Henderson.
Brighton daħlu fil-logħba qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Leandro Trossard u fit-tieni taqsima setgħu anki kisbu d-draw. Dan sakemm Mohamed Salah għalaq il-logħba fis-76 minuta b’daqqa ta’ ras fuq l-ewwel lasta minn korner.
//= $special ?>