Lokali

“Se nkompli mmexxi l-PN b’aktar saħħa” – Adrian Delia

Se nkompli niġġieled il-korruzzjoni u l-kriminalità. U se nkompli naħdem b’aktar enerġija u determinazzjoni.

Dikjarazzjoni li saret mill-Kap tal-PN Adrian Delia fi tmiem laqgħa twila tal-Grupp Parlamentari li saret fid-Dar Ċentrali tal-PN.

Il-Kap tal-PN kien qed jgħaddi dawn ir-rimarki wara li fil-Grupp Parlamentari issejjah vot ta’ fiduċja f’Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni.  Il-mozzjoni biex issir din id-domanda tressqet mid-deputat Chris Said u kienet sekondata mid-deputat Therese Commodini Cachia. Ir-riżultat kien:  19 LE,  11 IVA.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-PN qal li jirrispetta din id-deċiżjoni tal-Grupp Parlamentari, iżda fakkar li l-mandat mogħti lilu ingħata mit-tesserati, u dan ingħatalu għal leġislatura sħiħa. Huwa propju minħabba f’hekk li se jkompli jmexxi l-PN.

Intant il-Kap tal-PN Adrian Delia tkellem fuq id-deal skandaluż tat-tliet sptarijiet pubbliċi li ta’ kuljum qed jiswa lill-poplu Malti kwart ta’ miljun ewro. Bl-aġir tiegħu, il-Prim Ministru qed jibqa’ jippersisti li jibqa’ jipproteġi lill-barranin u mhux lill-Maltin. Adrian Delia temm jgħid li mhux se jieqaf jiġġieled biex issir ġustizzja u l-poplu jingħatalu lura dak li hu tiegħu.