Raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa kien arrestat mill-Pulizija f’ħidma kontra t-traffikar tad-droga.
Stqarrija tal-Pulizija tgħid li wara diversi jiem ta’ osservazzjoni, ilbieraħ l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga interċettat vettura f’Ħaż-Żabbar li kienet qed tinstaq mir-raġel suspettat. Minn tfittxija li saret fil-vettura u fuq ir-raġel, instabu diversi pakketti ta’ sustanza allegatament droga sintetika u ammont ta’ flus kontanti.
Ir-raġel kien arrestat fuq il-post u ttieħed fil-lock-up tad-Depot għal iktar stħarriġ.
Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke fetħet inkjesta.
//= $special ?>