Raġel ta’ 49 sena mill-Mellieħa sofra ġrieħi gravi wara li weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Tumbarellu, Ħal Għaxaq. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm.
Fi stqarrija l-Pulizija kkonfermaw li ċint ta’ madwar 6 filati waqa’ fuq il-ħaddiem, u kien f’diffikulta biex joħroġ minn taħt il-ġebel.
Fuq il-post marru l-Pulizija li assistew lir-raġel u tim mediku minn Mater Dei, li ħadu lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>