“Inħares ‘il quddiem lejn sfidi ġodda hekk kif se nimxi għal fażi ġdida fil-karriera tiegħi”, dan kien il-kliem ta’ Chris Froome li ħabbar li fi tmiem dan l-istaġun se jħalli lil Team INEOS. Froome kompla li l-għan tiegħu se jkun li għal darb’oħra jirbaħ it-Tour de France. Dan ikun il-ħames titlu tiegħu f’dan it-Tour li se jsir bejn id-29 ta’ Awwissu u l-20 ta’ Settembru.
Iċ-ċiklista Brittaniku ilu għal dawn l-aħħar għaxar snin ma’ Team INEOS b’rapporti fil-midja internazzjonali jindikaw li Froome jista’ jissieħeb lil Israel Strat-Up Nation fl-istaġun li ġej. Iċ-ċiklista ta’ 35 sena qiegħed jirkupra minn injury serja li sofra s-sajf li għadda. Il-maniġer ta’ Team Ineos Sir Dave Brailsford iddeskriva lil Froome bħala champion u qal li din hi id-deċiżjoni l-ġusta għal Team INEOS u għal Froome.
Chris Froome tul il-karriera tiegħu rebaħ ukoll darbtejn il-Vuelta a Espana u l-Giro d’Italia u jinsab Tour de France wieħed ‘il bogħod milli jilħaq ir-rekord ta’ Jacques Anquetil, Eddy Merckx, Bernard Hinault u Miguel Indurain.
//= $special ?>