Futbol Sport

Collina jgħid li l-FIFA trid li l-VAR tkun uniformi f’kull kompetizzjoni

Il-FIFA trid li l-VAR tkun applikata b’mod ugwali f’kull kompetizzjoni. S’issa kull problema relata mal-VAR kienet qed tkun investigata mill-IFAB, l-istituzzjoni responsabbli mir-regoli tal-futbol.

Mill-1 Lulju r-responsabbilità tal-VAR għaddiet f’idejn il-FIFA, biċ-chairman tal-Kumitat tar-Referees fi ħdan il-FIFA, Pierluigi Collina jgħid li din kienet transazzjoni naturali. Collina qal li r-responsabbilità tal-IFAB hi li tifformula r-regoli, u hija l-FIFA li tħares li teduka lir-referees. Collina temm jgħid li hija r-responsabbilità tal-FIFA u l-IFAB f’daqqa li jsegwu li l-logħba tal-futbol tintlagħab b’mod ugwali kullimkien.