Formula 1 Sport

Giovinazzi jistqarr li l-ħolma tiegħu hi li jsuq għal Ferrari fil-futur

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq żagħżugħ ta’ Alfa Romeo Racing Antonio Giovinazzi stqarr li fil-futur jixtieq isuq għal Ferrari. “ Li nsuq għal Ferrari minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi, naf li dan mhuwiex possibli għalissa iżda fil-futur nittama’ li l-ħolma tkun tista’ ssir realtà.

Fl-ewwel Grand Prix ta’ dan l-istaġun fl-Awstrija, Giovinzzi temm fid-disa’ post u rnexxielu jikseb l-ewwel żewġ punti ta’ dan l-istaġun. L-istaġun li ġej Ferrari ħabbru li se jkollhom lil Carlos Sainz bħala s-sewwieq il-ġdid tagħhom flimkien ma’ Charles Leclerc.