Ekonomija Lokali

Il-Gvern b’defiċit ta’ €337 miljun fl-ewwel tliet xhur

Id-dejn jispara għal kważi €6 biljuni

Ċifri uffiċjali maħruġa mill-NSO juru li fl-ewwel kwart tas-sena – fil-perijodu meta ma kinitx għadha qed tinħass id-daqqa tal-pandemija – l-iżbilanċ fil-finanzi tal-Gvern kien jammonta għal €336.7 miljun.

Rapport dettaljat tal-Kummissjoni Ewropea li ħareġ it-Tlieta juri li d-daqqa fuq l-ekonomija bdiet qabel l-effetti tal-pandemija – konferma li l-bozza l-ħamra għall-Gvern kienet ilha li xegħlet.

Fil-fatt, huwa ċar li l-kriżi politika ta’ Novembru-Dicembru 2019, kif ukoll in-nuqqas ta’ fiduċja minn naħa tal-investituri wasslu ghal slow-down ekonomiku li beda xhur qabel ma’ tfaċċa l-ewwel każ ta’ Covid f’pajjiżna.

Iċ-ċifri għall-ewwel tliet xhur tas-sena juru li l-Gvern kellu tnaqqis kbir fid-dħul tiegħu, partikolarment minn ħlas ta’ taxxi. Kien hemm ukoll żieda fil-kontribuzzjonijiet soċjali, partikolarment f’Marzu meta tħallsu l-wage suppliments tal-Covid-19.

Bejn Jannar u Marzu, id-dejn tal-Gvern żdied bi kważi €100 miljun għal total ta’ dejn akkumulat li jlaħħaq is-€6 biljuni.