Lokali

AĠĠORNATA: Il-Kap tal-PN f’laqgħa mal-President Vella

Għall-ħabta tal-5:30pm, fil-Palazz ta’ San Anton wasal il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-PN Adrian Delia. Hu kellu laqgħa ta’ madwar siegħa mal-President George Vella. Dan wara l-iżviluppi politiċi li seħħew fl-aħħar jiem.

Jidher li l-President qed isejjaħ għad-deputati kollha tal-Oppożizzjoni.

Ftit tal-ħin qabel, il-ġurnalisti segwew lid-deputati Chris Said u Claudette Buttigieg illi ħarġu mill-Palazz wara li anke huma iltaqgħu mal-President Vella u ddikjaraw li m’għadhomx jirrikonoxxu lil Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni, u minfloku jridu lid-deputat Therese Comodini Cachia.

Preżentament, l-Istatut tal-PN jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni jeħtieġ ikun il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.