Il-UEFA ħabbret li l-logħbiet mir-rawnd tal-aħħar 16 taċ-Champions League se jsiru kif pjanat iġifieri t-timijiet li jmisshom jilgħabu f’darhom se jilagħbu kif pjanat. Il-logħbiet li fadal mir-rawnd tal-aħħar 16 huma Manchester City v Real Madrid, Juventus v Lyon, Barcelona v Napoli, Bayern Munich v Chelsea, bil-logħbiet mistennija jintlagħbu bejn is-7 u t-8 ta’ Awwissu.
Fi stqarrija uffiċjali l-UEFA qalet li l-Kumitat Eżekuttiv qal li huwa sigur li l-logħbiet ikunu jista’ jsiru kif pjanat iżda b’bibien magħluqa. Il-UEFA qalet ukoll li jekk is-sitwazzjoni tinbidel, l-UEFA tkkunsidra li dawn il-logħbiet ukoll bħall-kwartifinali, semifinali u l-finali jsiru fil-Portugall filwaqt liu dawk tal-Europa League se jsiru fil-Ġermanja.
//= $special ?>