Lokali

Il-Ministru jfarfar u ma jwieġeb xejn

“L-istituzzjonijiet jaħdmu… ma nħarsu lejn wiċċ ħadd.”

Hekk qalu diversi drabi il-Ministri tal-Gvern meta kkumentaw dwar l-investigazzjoni tal-Pulizija.

Buzz word li l-Gvern sar magħruf li juża’ għal kull skandlu li joħroġ… biex jiprova jtaffi xi ftit mill-effetti xejn sbieh tal-provi li qed jigu prezentati fil-Qorti, kemm fil-kaz tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll dwar il-Panama Papers.

Fl-aħħar sigħat fil-fatt komplew joħorġu aktar ammissjonijiet xokkanti …. din id-darba mill-Assistent Kummissarju Ian Abdilla. Hu ammetta illi l-Pulizija zbaljaw fl-investigazzjoni… u dwar l-iskandlu tal-Panama, kieku llum kienu jagħmlu l-affarijiet differenti.

Ian Abdilla stqarr dan meta kien qed jipprova jiġġustifika għaliex il-Pulizija qatt ma ġabret is-servers tal-kumpanija Nexia BT malli ħarġu l-Panama Papers…u meta inkixef l-involviment ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. B’Ian Abdilla innifsu jammetti li ċertu informazzjoni setgħet tħassret jew ġiet encrypted.

Affaċjat b’dawn il-fatt… il-Ministru responsabbli mill-Pulizija, Byron Camilleri, għażel illi jfarfar…

Viżibbilment skomdu, il-Ministru tal-Intern ma weġibx jekk l-istituzzjonijiet verament humiex jaħdmu. Ma weġibx  lanqas fuq il-fatt li l-Assisstent Kummissarju ma nvestigax il-Panama Papers… u ma nvestigax lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri.

Fl-aħħar jiem, Ian Abdilla, filwaqt li baqa’ assisstent kummissarju, beda jservi bħala Direttur fil-Korp tal-Pulizija. U minkejja dak li hareg fil-Qorti… l-ebda azzjoni fil-konfront tiegħu baqgħet ma tieħdet.

Ian Abdilla, li sal-lum ghadu Assistent Kummissarju, irċieva ċanfira qawwija mill-Qorti għaliex ma aġixxiex meta quddiemu kellu l-provi tal-Panama Papers – u dan għamlu, fuq parir tal-Avukat Ġenerali.