Sport Sport Ieħor

“Il-mument li nirtira huwa fil-viċin”- Roger Federer

(Ritratt: EPA)

It-tennista Svizzeru Roger Federer ammetta li l-mument li jħabbar li se jirtira mhuwiex il-bogħod iżda fl-istess waqt stqarr li bħalissa qiegħed iħoss in-nuqqas tat-tennis.

Federer ilu nieqes mill-azzjoni mis-semifinali tal-Open tal-Awstralja fit-telfa kontra Novak Djokovic u mistenni jibqgħa barra sa tmiem din is-sena wara li sarulu żewġ operazzjonijiet f’irkopptejh.

F’intervistà li sritlu minn gazzetta Ġermaniża, Federer qal li qiegħed iħoss in-nuqqas li jkun fil-court iżda kien kawt u qal li jrid ikun paċenzjuż qabel ma jirritorna. Federer żvela wkoll li fl-aħħar xhur sar ħbieb mar-rival tiegħu fil-court Rafael Nadal.