Futbol Sport

Inter jonqsu mill-jirbħu għal darb’oħra

(Ritratt: EPA)

VERONA – Inter barra minn darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Verona. Kienu Verona li wara biss żewġ minuti marru fil-vantaġġ permezz ta’ DARKO LAZOVIC wara azzjoni personali. Inter rnexxielhom iġibu d-draw erba’ minuti minn ftuħ it-tieni taqsima, meta x-xutt ta’ Romelu Lukaku ħabat mal-lasta b’ANTONIO CANDREVA jkun l-ewwel fuq il-ballun biex iġib l-iskor indaqs.

It-tim ta’ Antonio Conte rnexxielu jdawwar ir-riżultat fil-55 minuta meta minn cross ta’ Gagliardini kien FEDERICO DIMARCO li tefa’ fix-xibka tiegħu stess. Verona ġabu id-draw fis-86 minuta meta x-xutt ta’ MIGUEL VELOSO lejn ir-rokna tax-xibka ma ta l-ebda ċans lil Samir Handanovic wara azzjoni tajba ta’ Rrahmani.

Serie A

Illum: SPAL v Udinese 0-3, Verona v Inter 2-2